Barranin
Imbassar temp estrem għas-sajf fl-Italja, tgħid f’Malta wkoll?

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila.

L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn differenti minn tas-soltu.  Wissew iżda biex min iħobb isegwi t-temp ma joqogħdx fuq l-apps u siti elettroniċi li jistgħu jxerrdu aħbarijiet foloz u allarm bla bżonn.

Riċerkatur Taljan mill-Università ta’ Ruma Antonello Pasini qal li t-temperatura tal-baħar se tkompli tiżdied bil-konsegwenza li tiżdied l-evaporazzjoni tal-ilma.  Dan jista’ jwassal għal formazzjoni ta’ iktar sħab li eventwalment jirriżultaw f’iktar xita.

Dan minbarra li iktar ma jisħon il-baħar iktar tiżdied l-enerġija fl-atmosfera, li mbagħad din tispiċċa turi snienha b’fenomeni naturali li jikkawżaw sitwazzjonijiet diżastrużi bħalma rajna fix-xhur li għaddew.

Min jaf jekk il-previżjonijiet tal-meteorloġisti Taljani jistgħux ukoll jgħoddu għat-temp ta’ Malta.  Jekk jiġri hekk mela lanqas sajf normali mhu se jkollna!

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Aktar