Lokali
Imbikkma bil-mewt tax-xufier tal-ambulanzi Stephen Camilleri

Bosta qed jesprimu d-dieqa għall-mewt ta’ Stephen Camilleri, li kien magħruf ma’ ħafna permezz ta’ xogħlu bħala xufier tal-ambulanzi f’Mater Dei.

Camilleri, li huwa missier ta’ tnejn minn Marsaskala, miet fl-età ta’ 48 sena. Huwa kien sar magħruf ukoll wara li snin ilu daħal għall-isfida biex jitlef il-piż fuq il-programm televiżiv Kilo Challenge.

Persuni li tkellmu ma’ TVM qalu li Camilleri kien raġel mill-aħjar li jagħmel ħiltu biex jgħin lill-proxxmu. Ħafna persuni kellhom ukoll kliem ta’ tifħir għal Camilleri fuq il-midja soċjali, fosthom il-kollegi tiegħu.

Infermiera li kienet taħdem ma’ Camilleri qalet li mhux biss kien jieħu ħsiebhom meta joħorġu bl-ambulanza, imma kien ukoll jgħinhom fil-kurituri tal-isptar minkejja li dak ma kienx xogħlu.

Fost il-kummenti spikka wkoll dak ta’ ibnu, li qal li minkejja t-tbatija li kien għaddej minnha, missieru xorta waħda kien baqa’ jgħaqqad u jferraħ lin-nies.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar