Stejjer Umani
Imbikkma tirrakkonta kif selħulha flusha biex tiġi taħdem Malta

Valentina, Ukrena ta’ 32 sena, ġiet ingannata minn aġenzija Ukrena li wegħditha impjieg legali u paga tajba f’Malta. Il-fatti kienu xort’oħra. Hija tirrakkonta li għalkemm għaddew sentejn, u minkejja li sabet l-appoġġ, it-tebgħa tibqa’, għax ma tistax taċċetta li ħalliet lil min jingannaha.

“The most difficult is to confess that you are a victim, because not everybody would like to know that you are in a difficult situation. It is not easy to say I am a slave.”

Sentejn ilu Valentina waslet Malta, mingħaliha li għandha d-dokumenti meħtieġa biex tgħix u taħdem hawn u post fejn tgħix, iżda mill-ajruport malajr intebħet li kien hemm xi ħaġa mhux f’lokha.

Valentina rrakkontat li wara li għaddiet minn esperjenzi personali diffiċli ħafna, iddeċidiet li tipprova timraħ lil hinn mill-Ukrajna bit-tama ta’ ħajja aħjar u biex tippratika l-Ingliż.

Emozzjonata spjegat li applikat tiġi Malta wara li rat riklam ta’ aġenzija msejħa ‘Good Jobs’ li kienet qed tirreklama impjiegi ta’ kwalità f’Malta. Qabel ġiet Malta, Valentina ħallset lil din l-aġenzija mijiet ta’ ewro, u ġiet imwegħda li hi ma kellha għalfejn taħseb f’xejn.

“I was promised to be supported with documents, with accommodation, to have a good salary, to have my own room, but when I came to Malta I found that nobody was going to meet me at the airport. The agency promised me that I can have everything here. In the apartment, I found a lot of people, it was around 20 people in one apartment, with girls and boys in one room.”

Valentina qalet li ħmistax wara li waslet Malta kkonfermat li sfat ingannata mill-aġenzija Ukrena, malli l-pulizija Maltija talbuha d-dokumenti u l-permess tax-xogħol. Qaltilna li kien biss dan il-ħin li rrealizzat li ħadd ma kien applikalha għall-permess tax-xogħol.

“I was afraid to be deported and the police asked me if I was able to work with the police to provide them with information and to start the court proceedings. It was not simple but I decided to be honest because I have nothing to hide. I came for a job and I am experienced, I have education. I did not come here to steal.”

Valentina qalet li Aġenzija Appoġġ għenitha terġa’ tqum fuq saqajha, u fuq kollox biex tirregolarizza s-sitwazzjoni tagħha f’Malta. “I have my social worker who helped me to get all the information about the documents, placed from where I can get medical documents as well. I was provided even with money. I was provided all the time with food and with clothes because, in the beginning, I had nothing.”

Valentina stqarret li tħossha ħażin meta tiftakar li ħalliet lil min jingannaha b’dan il-mod, u li kieku ma kienx għal Aġenzija Appoġġ – waħedha – ma kienx jirnexxilha toħroġ minn din is-sitwazzjoni.

“It was difficult, especially difficult. It is not easy to ask for help. All of us would like to feel strong, beautiful and good enough. When you are very down and realise that you have allowed this to happen, it is not easy. So you have to be strong,” qalet Valentina.

L-istorja ta’ Valentina mhijiex iżolata. Is-sena li għaddiet, il-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali assistiet 48 persuna barranija li sfaw vittmi ta’ traffikar uman, ħafna minnhom għal skop ta’ xogħol, u bħal Valentina, ħafna minnhom kienu Ukreni.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Grupp ta’ 56 immigrant iddaħħlu f’Malta llum waranofsinhar abbord patrol boat tal-Forzi Armati. L-immigranti, li ġew salvati mill-Mediterran, iddaħħlu f’Xatt it-Tiben u ngħataw f’idejn il-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li…

Ambjent

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet ordni ta’ waqfien lil fabbrika tat-tarmak f’Ħal Far li kienet qed iddaħħan. Fi stqarrija l-ERA qalet li l-uffiċjali tagħha kienu qed isegwu kull ilment li…

Propjetà

Residenti li jgħixu fi kważi erbgħin triq f’Birżebbuġa se jkunu jistgħu jgawdu minn skema ta’ għajnuna finanzjarja biex ibiddlu l-aperturi għal double glazing, f’miżura biex jittaffa l-inkonvenjent tal-ħsejjes mill-Freeport. L-iskema…

Qorti

Raġel ta’ 22 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ntlemaħ mill-Pulizija jagħti d-droga lil sieħbu waqt lejl ta’ divertiment f’Paceville. Kien lejliet l-Ewwel tas-Sena tal-2016, meta Surġent u…

Aktar