Lokali
Imfakkar l-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turizmu

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu fakkret l-20 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha b’ċerimonja f’Villa Rundle.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana faħħret l-impenn tal-assoċjazzjoni li matul dawn is-snin tat sehemha biex issaħħaħ it-turiżmu. Dr Caruana qalet li l-assoċjazzjoni taħdem id f’id mal-Gvern fit-tfassil ta’ proposti u inizjattivi ġodda għal dan is-settur.

Il-Ministru Caruana fakkret kif matul is-sena l-oħra, kważi 6 miljun passiġġier qasmu l-fliegu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. Fissret dan bħala ċertifikat li Għawdex qed jattira lejh aktar viżitaturi biex l-isfida tal-istaġjonalità m’għadhiex tissemma mill-operaturi turistiċi Għawdxin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-assocjazzjoni, Joe Muscat, qal li sfida diretta miż-żieda fit-turisti f’Għawdex titratta d-diffikultajiet li qed ikun hemm biex l-infrastruttura tilqa’ għad-domanda. Is-Sur Muscat qal li t-turist sar aktar esiġenti u għalhekk appella biex Għawdex ikompli jtejjeb l-prodott turistiku mhux fl-istabilimenti biss imma anki fil-gżira inġenerali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar