Barranin
Imfakkra l-50 vittma tal-attakk fi Christchurch

Fi Christchurch, fi New Zealand, saret ċerimonja li fakkret lill-ħamsin vittma, li tilfu ħajjithom fl-attakk fuq żewġ moskej fil-15 ta’ Marzu.

Flimkien ma’ mexxejja Musulmani u persuna li salvat mill-attakk, il-Prim Ministru Jacinda Ardern indirizzat iċ-ċerimonja li xxandret fuq it-televiżjoni. Fiċ-ċerimonja kanta il-kantant Ingliż Cat Stevens li kkonverta għall-Iżlam fis-sebgħinijiet.

Iktar minn 20,000 persuna ħadu sehem għal dan l-avveniment li sar taħt sigurtà stretta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Barranin

Splużjoni ta’ bomba waqt tieġ f’Kabul fl-Afghanistan qatlet 63 persuna u darbet aktar minn 180 ruħ oħra. Xhieda qalu li ġellied suwiċida sploda lilu nnifsu waqt it-tieġ. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta…

Aktar