Lokali
Imfakkra s-sħubija għas-sigurtà f’mumenti differenti tal-istorja bejn Malta u l-Istati Uniti

Iċ-charge’ d’Affaires tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta, Mark A. Schapiro li qed jaqdi d-doveri diplomatiċi peress li għadu ma nħatarx Ambaxxatur Amerikan għal Malta, tkellem dwar ir-relazzjonijiet storiċi bejn Malta u l-Istati Uniti u kif dawn qed jiżvolġu fil-qasam tas-sigurtà. Huwa għamel dan meta inawgura plakka kommemorattiva fil-Barrakka ta’ Fuq li timmarka wkoll episodju fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Amerika.

Il-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq huma mgħonni f’monumenti u plakki li jfakkru personalijiet jew mumenti distintivi tal-istorja. Magħhom żdieded oħra li tfakkar is-sehem li l-vapur tal-Forzi Navali tal-Istati Uniti, il-USS Constitution, kellu fil-ġlieda kontra l-piraterija fil-bidu tas-seklu dsatax.

Iċ-charge’ d’Affaires tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta, Mark A. Schapiro fakkar li fuq l-USS Constitution servew ukoll baħħara Maltin waqt li kien għaddej bil-ħidma tiegħu fil-Mediterran u kemm il-darba żar il-Port il-Kbir u kien ħolqa oħra fir-relazzjonijiet twal bejn iż-żewġ pajjiżi.

”Our partnership with Malta and that has been going on for more than two hundred years so this is a very special moment, the USS constitution was a very unique ship, it’s our flagship and its still seaworthy today.”

Iċ-charge’ d’ Affaires qal li minkejja d-distanza ġeografika, l-għeruq storiċi bejn Malta u l-Istati Uniti huma b’saħħithom u oriġinaw waqt il-gwerra tal-Indipendenza Amerikana meta madwar elf u tmien mitt Malti u l-kavallieri tqabdu mal-forzi mmexxija minn George Washington biex jiksbu l-indipendenza tal-Istati Uniti.

Qal li fit-Tieni Gwerra Dinija fl-1942, it-tanker Amerikan, l-SS Ohio bħala parti mill-operatio pedestal wassal il-provvisti tant mistennija mill-Maltin f’dak li baqa’ magħruf mal-Maltin bħala l-konvoj ta’ Santa Marija,

Is-Sur Shapiro qal li iżjed riċenti fl-2011, il-Port il-Kbir kien ukoll ċentrali għall-evakwazzjoni taċ-ċittadini tal-Istati Uniti mill-Libja. Qal li llum il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tkompli f’oqsma oħra tas-sigurtà.

”Smuggling, financial crime, trafficking in drugs and trafficking in persons and so on and on and on, these are the nature of the threats we face today, terrorism, migration and the challenges.. so because they are transnational, the solutions themselves must be transnational.”

Qal li l-Istati Uniti tikkopera ma’ Malta u pajjiżi oħra fir-reġjun biex tikber is-sigurtà.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar