Lokali
Imġedded iċ-ċertifikat tal-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol fil-Public Broadcasting Services

Imġedded għat-tliet snin li ġejjin, iċ-ċertifikat tal-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol fil-Public Broadcasting Services. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza u jingħata lil dawk il-kumpaniji pubbliċi u privati li jippromwovu miżuri ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol.

Waqt li ppreżentat iċ-ċertifikati lir-rappreżentanti tal-kumpaniji, il-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, Renee Laiviera, tkellmet dwar l-importanza li l-kumpaniji jipprovdu l-istess opportunitajiet lin-nisa u l-irġiel fuq il-lant tax-xogħol biex jimxu ‘l quddiem fil-karrieri tagħhom.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, Edward Zammit Lewis, tenna l-impenn tal-Gvern għal iktar ugwaljanza fil-postijiet tax-xogħol ħalli jkomplu jitħarsu d-drittijiet ta’ kulħadd b’mod ugwali.