Ambjent
Imħabbar ristrutturar f’Ambjent Malta

Il-Ministru tal-Ambjent, Jose Herrera, ħabbar ristrutturar fl-aġenzija Ambjent Malta.

Dr Herrera qal li din se tersaq aktar lejn iċ-ċentru tal-politika tal-pajjiż, iżda ma kkonfermax li se tinbidel f’awtorità. Żied jgħid li fil-ġimagħtejn li ġejjin se jħabbar dettalji ġodda relatati mal-għoti ta’ artijiet tal-gvern lill-fondazzjonijiet imwaqqfa’ minn kumpaniji kbar bħala parti mill-impenn soċjali tagħhom.

Il-Ministru Herrera kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbar li Ambjent Malta b’kollaborazzjoni mal-kunsill ta’ San Ġwann se tħawwel mal-ħamest elef siġra u arbuxxelli f’din il-lokalità.

Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech qal li fost oħrajn, żona li kienet żdingata fi Triq Bellavista se tingħata ħajja mill-ġdid bit-tħawwil ta’ siġar.

Aħbarijiet Oħra
Press Briefings

Fin-12:30 is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tagħti l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Il-konferenza tal-lum se tixxandar dirett fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television…

COVID-19

Bil-kliem “Grazzi” u qawsalla kbira fuq il-ġenb b’turija ta’ apprezzament għall-ħidma tal-frontliners fl-imxija tal-COVID-19, ajruplan tad-DHL Express wasal Malta għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu minn Marsilja b’tagħmir mediku. Wara li aktar…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li persuna li ġiet irrappurtata bħala vittma tal-coronavirus, il-virus ma kienx il-kawża prinċipali tal-mewt tagħha. Huwa kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li…

COVID-19

Anazjan ta’ 97 sena huwa s-seba’ vittma tal-Coronavirus f’Malta. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-anzjan kien qed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech u kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’…

Aktar