Lifestyle
Imħabbra d-dati tal-Karnival u jinfetħu l-applikazzjonijiet

Il-Karnival ta’ Malta tas-sena d-dieħla se jiġi ċċelebrat bejn it-28 ta’ Frar u l-5 ta’ Marzu.

Festival Malta, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti spjega li hemm diversi konkorsi. B’kollox se jkun hemm 9 konkors:

Konkors Nru 1 Karrijiet Trijonfali -Kategorija “A” – konkors kompetittiv;

Konkors Nru 2 Karrijiet Trijonfali -Kategorija “B” – konkors kompetittiv;

Konkors Nru 3 Karrijiet Trijonfali – Kategorija “C” – konkors kompetittiv;

Konkors Nru 4 Kumpanija bil-kostum (tfal) – Kategorija “C” . – konkors kompetittiv;

Konkors Nru 5- Kumpanija Kategorija B. – konkors kompetittiv;

Konkors Nru 6 Kumpanija bil-Kostum – Kategorija A;

Konkors Nru 7 Kumpanija bil-kostum – Kategorija D.

Fi stqarrija ġie spjegat li fost l-oħrajn il-kumpaniji kollha jridu joqogħdu attenti li l-kostumi ma jkunux goffi ħalli ż-żifna tkun spjegata u li l-applikanti li jiġu aċċettati biex jieħdu sehem jieħdu 50% tat-tielet premju tal-konkors partikolari qabel il-Karnival u 10% tal-istess premju wara l-parteċipazzjoni tal-entratura.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Arti sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar il-Ħamis 19 ta’ Lulju, 2018.

 

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar