Lokali
Imħabbra l-għaxar finalisti tal-JESC 2017

Imħabbra l-lista tal-10 finalisti għall-Junior Eurovision Song Contest 2017. L-għaxar finalisti ntgħażlu wara awdizzjonijiet li saru lil għoxrin tifel u tifla li kienu ntgħażlu minn fost 84 applikant. L-għaxar kantanti issa ser jikkompetu b’kanzunettai ‘cover versions’ waqt xandira diretta fuq TVM, bir-rebbieħ jew rebbieħa jirrappreżentaw lil Malta fil-Georgia f’Novembru li ġej.

Ix-xandira diretta se ssir is-Sibt l-1 ta’ Lulju u se jkun il-pubbliku li jagħżel ir-rebbieħ jew rebbieħa, permezz tat-televoting. Minkejja li l-pubbliku se jagħżel lill-kantant jew kantanta li se jirrappreżentaw lil Malta, l-għażla tal-kanzunetta li jkantaw fil-Georgia se tkun f’idejn il-PBS.

Il-lista tal-10 kantant u kantanta magħżula hija kif tidher hawn taħt f’ordni alfabetiku:

Thea Aquilina
Jahel Cardona
Gianluca Cilia
Kira Copperstone
Riona Degiorgio
Rianne Demicoli
Aidan Jay Drakard
Demi Galea
Kylie Meilak
Veronica Rotin
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Aktar