Imħabbra skemi oħra għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi

Dwar il-qasam tal-enerġija, il-Ministru tal-Finanzi qal li l-gvern jinsab impenjat biex tibda tiżżarma l-ewwel power staion li saret f’Delimara u ċ-ċumnija tagħha. Fl-istess waqt qal li l-Gvern se jkompli l-ħidma fuq il-pipeline tal-gass li se jgħaqqadna ma’ Gela fi Sqallija.
Qal li l-Enemed qed taħdem fuq Immodernaizzar tal-ħażna f’Ħas-Saptan u tiżviluppa filling station ġdid b’investiment ta’ aktar minn 50 miljun. Żied jgħid li se jkun qed jingħalaq l-impjant tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa.
Qal li l-Enemed qed taħdem ukoll biex timmodernizza l-faċilità tal-ħażna ta’ jet fuel fl-ajruport b’nvestiment ta’ aktar minn 15-il miljun. Il-proġetti mistenni jibda fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
Huwa ħabbar ukoll li se jitkomplew l-iskemi ta’ grants għal residenzi li jixtieq jinstallaw pannelli fotovoltajiċi fuq ir-residenti tagħhom u oħrajn li m’għandhomx bejt biex jinvestu f’solar farm fuq il-ġibjun tal-fiddien.
Se jkun hemm skemi oħra li jinċentivaw l-użu tal-heat pump water heaters, double glazing, roof installation, solar water heaters u rinovar ta’ bjar. Stima li madwar 1,000 familja.
Qal ukoll li se jibdew l-ewwel solar farms bi ftehim bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il-GRTU u l-MDA.