Imħabbra żieda fil-prezz tas-sigaretti u t-tabakk

Fil-Ħames baġit li ressaq il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u possibbiltà ta’ qabel l-aħħar li ser ikun ressaq f’din il-leġislattura, il-Gvern qed jippjana nefqa s-sena d-dieħla li tilħaq l-€4 biljun u kważi dħul li jkopri din in-nefqa għaliex qed jantiċipa li l-iżbilanċ tal-Gvern is-sena d-dieħla ser jinżel għal 0.5% tal-prodott domestiku gross.

Il-baġit ipprezentat fil-Parlament jaħseb biex terġa’ tiżdied is-sisa fuq is-sigaretti u ser tkun introdotta fost oħrajn sisa fuq boroż tal-plastik is-suwed u anki fuq ix-xorb minerali mhux alkoħoliku.

Iż-żieda fil-prezz tas-sigaretti u s-sigarri b’medja ta’ 3.76 fil-mija waqt li t-tabakk tal-brim se jogħla b’5.5%. Is-Sisa fuq xarbiet mhux alkoħoċi se jogħlew b’2 ċenteżmi kull litru. Ir-rata fuq l-ilma se tibqa’ l-istess.

Mill-bidu tas-sena d-dieħla, it-travi u l-istrutturi tal-ħadid, il-vireg, ix-xibka, folji tal-ħġieġ użati fil-kostruzzjoni u l-madum se jkunu soġġetti għas-sisa.
Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar ukoll li biex il-kumpaniji Maltin li jħallsu t-taxxa fuq is-siment ma jiġux żvantaġġjati fil-konfront ta’ barranin, l-importazzjoni ta’ blajjiet u planki tal-konkos se tkun intaxxata b’rata komparabbli għal dawk mixtrija lokalment.

Bit-tema ‘Ġid li jasal għand kulħadd’, il-baġit jipprovdi għal żieda fin-nefqa ta’ kważi €23 miljun f’benefiċċji soċjali ġodda għall-faxxex l-aktar batuti fis-soċjetà. Għalkemm il-kumpens tal-għoli tal-ħajja ser ikun ta’ 1.75 ċentezmu, il-persuni li dħul tagħhom huwa fil-livell tal-paga minima jew ftit aktar, ser jiġu imwieżna b’għotjiet oħra supplimentari mill-Gvern biex iż-żieda tagħhom kumplessiment tkun ta’ €4 fil-ġimgħa.

Fuq firxa ta’ tliet snin, mhux ser tibqa’ titħallas it-taxxa fuq il-pensjoni filwaqt li l-Gvern ser iħallas lura ż-żieda li kien hemm fl-2013 fil-kirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali. Riforma oħra li tħabbret tipprovdi sistema ġdida u sussidji ogħla għal persuni li jikru mill-privat waqt li ser ikun rivedut l-eżerċizzju tat-test tal-mezzi biex ikun aktar realistiku.

Fost il-bosta miżuri li tħabbru mill-Ministru Scicluna hemm tnaqqis fit-taxxa għat-trasferiment tan-negozji tal-familja, inċentivi fit-taxxa fuq il-bejgħ tal-propjetà f’Għawdex waqt li ġiet estiża l-miżura biex dawk li jixtru l-ewwel propjetà jiffrankaw it-taxxa fil-boll. Miżura oħra hija għat-tnaqqis fit-taxxa hija maħsuba biex tinċentiva l-użu u restawr ta’ propjetà fiż-żoni ta’ konservazzjoni urbana.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tagħrif li Television Malta ġabar mingħand il-Pulizija juri li r-rapporti ta’ serq x-xahar li għadda naqsu b’25% meta imqabbel ma Marzu tas-sena l-oħra. Fi kliem l-Ispettur Fabian Fleri, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet…

COVID-19

Il-proċeduri għall-IVF jinsabu ffriżati għal kollox kawża tal-COVID19. Il-kap tal-awtoritàa għall-protezzjoni tal-embrijun qalet li ttieħdu miżuri biex dawk li jinsabu fl-età massima li fiha jistgħu jinqabdu tqal bl-IVF, jingħataw estensjoni…

COVID-19

Edizzjoni tal-programm DISSETT se tixxandar wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM. Dirett mill-istudios ta’ Television Malta: id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u diversi professjonisti mill-Isptar Mater Dei…

Lokali

Kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. F’pandemija bħal dik li qed ngħixu, kulħadd jintlaqat b’mod jew b’ieħor u kulħadd għandu il-perspettiva tiegħu. M’hemmx dubju li l-COVID19 se tħalli timbru fis-socjetà u…

Aktar