Imħabbra żieda ta’ €1,820 fil-Pensjoni tal-Wens u €728 fil-Carers’ Allowance

Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-għan tal-Gvern hu li l-anzjani jibqgħu jgħixu kemm jista’ jkun fi djarhom u fil-komunità.

Il-Ministru ħabbar riforma fil-Pensjoni tal-Wens u fl-Allowance għall-Carer li se tkun qed titwettaq matul is-sena d-dieħla, fejn il-benefiċċju qal li se jiżdied b’mod sostanzjali, filwaqt li l-benefiċċju tal-Pensjoni tal-Wens ser jitħallas mingħajr test tal-mezzi. Dan il-benefiċċju se jkun ta’ €140 fil-ġimgħa li jfisser żieda ta’ €35 fil-ġimgħa jew żieda f’sena ta’ €1,820 aktar mir-rata preżenti tal-Pensjoni tal-Wens.

Mill-2017, dik li illum hija l-Pensjoni tal-Wens u li titħallas biss wara test tal-mezzi tal-carer u f’każ fejn il-pazjent ikun juża wheelchair jew ikkonfinat f’sodda, se tinbidel f’Increased Carers’ Allowance u se titħallas lil dawk il-carers, inkluż miżżewġin, b’xi kundizzjonijiet, li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb persuna fir-residenza tagħhom li jkollha grad għoli ta’ dipendenza.

Minn naħa l-oħra il-Carers’ Allowance se titħallas lil dawk il-carers li jkunu qed jieħdu ħsieb persuna fir-residenza tagħhom, u li jkollha grad medju ta’ dipendenza. Ir-rata tal-Carers’ Allowance se tkun ta’ €90 fil-ġimgħa li jfisser €14 fil-ġimgħa jew €728 fis-sena aktar mir-rata preżenti.  F’dan il-każ id-dritt għal dan il-benefiċċju se jibqa’ skont test tal-mezzi tal-carer.

L-assessjar tal-grad ta’ dipendenza se jibda jsir minn professjonisti skont il-Barthel Index u l-Mini-Mental Score. B’dan il-mod, il-Ministru qal li se ssir ġustizzja ma’ aktar nies li jidħlu għall-impenn u l-vokazzjoni diffiċli li jiddedikaw ħajjithom biex jieħdu ħsieb qraba li jeħtieġu l-kura kontinwa waqt li jikkontribwixxu biex l-anzjani b’mod speċjali jibqgħu fil-komunità u fl-imħabba ta’ qrabathom.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar