Ambjent
Imħawla siġar u arbuxelli f’Wied Għollieqa

Fl-okkażjoni ta’ Jum is-siġar, ġew imħawla madwar 40 siġra u arbuxelli f’Wied Għollieqa, viċin l-Università ta’ Malta.

Waqt l-attività, il-President Eżekuttiv ta’ Nature Trust Malta, Vince Attard ,appella biex ikun hemm aktar proġetti ta’ afforestazzjoni. Qal li Nature Trust qiegħda f’taħditiet mal-Ministeru għall-Ambjent biex jiġu identifikati artijiet pubbliċi għal proġetti ta’ afforestazzjoni.

“Postijiet li nara huma barrieri li hemm in-naħa tal-Imqabba u n-naħa ta’ isfel ta’ Malta, u hemm postijiet ukoll bħalma hi d-Dwejra Għawdex, fejn illum hemm 9 barrieri. Darba kien hemm ħsieb li kull barriera qabel tibda tikber tirriabilita parti li ntużat u jsiru proġetti ta’ afforestazzjoni.”

Is-Sur Attard appella lill-awtoritajiet biex jgħinu lill-għaqdiet mhux governattivi fl-impenn tagħhom biex jeqirdu speċi aljeni li qed jinfirxu/. “Hawn pjanta jgħidulha pinesetum u hawn oħra tip ta’ ivy li qed tikber tieħu ‘over’ post sħiħ. Teqred kull pjanta u siġra indiġena Maltija għax dawn litteralment joħonquhom u qed nispiċċaw b’siġar li mhumiex tajbin għall-ambjent Malti li ma jagħmlux tajjeb u qed jagħmlu aktar ħsara.”

Waqt attività fl-okkażjoni ta’ Jum is-Siġar li għaliha attendew tfal tal-iskejjel, Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera qal li fl-aħħar xhur saru proġetti li fihom tħawlu mas-600 siġra minn 3000 student fil-qalba tal-ibliet u l-irħula. Qal li permezz tagħhom, l-istudenti qed ikollhom l-opportunità li jmissu in-natura b’idejhom u jkunu aktar konxji tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Jekk hemm aspett li jispikka fuq oħrajn fil-ġrajja tal-mewt ta’ Ġesà hi t-tbatija. Il-knisja parrokkjali tal-Fontana, f’Għawdex, għandha statwa ġdida li tirrappreżenta mument partikulari ta’ tbatija: il-flaġellazzjoni, b’Ġesù marbut ma’…

Teknoloġija

Tnieda fond ta’ żewġ miljun ewro ta’ GO Ventures, immirat lejn kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija. Fit-tnedija tal-fond, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li biex Malta tibqa’ fuq quddiem tar-rivoluzzjoni diġitali…

Stejjer Umani

Irġiel u nisa b’diżabbiltà llejla ġeddew mument mill-Aħħar Ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Hekk kif il-Knisja Kattolika tat bidu għat-Tridu tal-Għid, iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-lejla fil-parroċċi tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u tinkludi…

Kronaka

Persuna ta’ 63 sena mir-Rumanija ġiet rikoverata wara li ttajret fil-Gżira. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Gżira għall-ħabta tal-5.30 pm. Mill-ewwel stħarriġ ħareġ li l-persuna ntlaqtet minn…

Aktar