Lokali
Immigrant arrestat wara ġlieda bil-fliexken taħt il-pont tal-Marsa

Numru mdaqqas ta’ immigranti fil-Marsa kienu involuti fi ġlieda, li allegatament involviet fliexken tal-ħġieġ. Il-każ seħħ taħt il-pont tal-Marsa.

Xhieda fuq il-post qalu lil tvm.com.mt li l-inċident seħħ ftit wara s-1.30 ta’ wara nofsinhar, b’għadd ta’ pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett imorru mill-ewwel fuq il-post.

tvm.com.mt huwa infurmat li kien proprju missier, li kien bit-tifel tiegħu l-bandli, li ċempel lill-pulizija wara li l-immigranti nfexxew fi ġlieda bejniethom. Il-Pulizija jidher li arrestaw persuna, u qed iżommu oħrajn għall-interrogazzjoni, fosthom mara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Se tinbidel il-liġi dwar il-ħruġ tal-care orders. Dawn mhux se jibqgħu jinħarġu aktar mill-Ministru iżda minflok se tibda toħroġhom il-Qorti tal-Familja. Wara l-btajjel tal-Għid, il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael…

Lokali

Il-Ministru tal-Ambjent, José Herrera, ħabbar fil-programm Dissett li qed titfassal liġi biex ikun obbligatorju li l-pubbliku jissepara l-iskart. Huwa ammetta li l-pajjiż jista’ jeħel multi jekk jibqa’ ma jilħaqx il-miri…

Lokali

Ftit tal-ġranet ilu, stabbiliment tax-xorb f’Paceville rama pjattaforma fit-triq bis-siġġijiet u l-imwejjed. Il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Ian Borg f’tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari qal li l-pjattaforma hija rregolata minn permess tal-Awtorità tal-Ippjanar,…

Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna jinsab fiċ-Ċili biex jiġbor l-evidenza rigward il-każ tal-Isqof Juan Barros, li qed jingħad li kien jaf b’każijiet ta’ abbuż sesswali fuq tfal iżda m’għamel xejn. Barros, li…

Aktar