Qorti
Immigrant ħarab lill-Pulizija – ġirja warajh mill-għatba tal-qorti sal-Ġnien Hastings

Ħdax-il immigrant ammettew akkużi li kienu fil-pusses ta’ dokumenti foloz.

Disgħa minnhom ġew kundannati tmien xhur ħabs kull wieħed u tnejn oħra fosthom minuri, weħlu sitt xhur ħabs kull wieħed.

Xhieda barra l-bini tal-Qorti qalu lil Television Malta li wieħed mill-immigranti rnexxielu jaħrab mill-kustodja tal-pulizija qabel daħal il-Qorti.

Il-pulizija ġrew warajh u qabduh ħdejn il-Ġnien Hastings.