Barranin
Immigrant sar eroj wara li neża’ ż-żarbun biex ilibbes tifel ħafi

Immigrant żagħżugħ sar eroj fit-Turkija wara li xi ħadd ħadlu ritratt waqt li kien qed jagħmel ġest ta’ karità.

Muhammad al-Samaraie ta’ 21 sena, immigrant mill-Iraq, kien fuq it-tram meta ra tifel ħafi. Il-ġurnata kienet kiesħa u barra t-tram kienet nieżla xita qliel.

Al-Samarie ma ħasibhiex darbtejn, u pront neża’ ż-żarbun tiegħu biex ilibbsu lit-tifel. Għall-ewwel it-tifel ma riedx jaċċetta, iżda al-Samarie kkonvinċieh billi qallu li ma kienx joqgħod ‘il bogħod mill-waqfa tat-tram.

Persuni li kienu fuq it-tram u raw dan il-ġest nobbli ħadu ritratt lil al-Samarie waqt li kien qed jaqfel il-lazz lit-tifel. Ir-ritratt ittella’ fuq il-midja soċjali, u l-immigrant pront sar famuż.

Sadanittant al-Samarie ma kien jaf b’xejn, u nduna bil-fama tiegħu meta kien qed jieħu kafe ġo ħanut u xi ħadd talbu biex jieħu ritratt miegħu. Meta staqsihom għalfejn, qalulu biex iħares lejn il-gazzetta, u hemm ra lilu nnifsu.

Al-Samarie, li emigra lejn it-Turkija erba’ snin ilu u jaħdem f’ħanut tal-għamara, qal li ma jiflaħx jara tfal ibatu l-kesħa, u ċert li jerġa’ jagħmel l-istess ġest jekk jiltaqa’ ma’ tfal bla żarbun.

Aħbarijiet Oħra
Ċina

Il-President Ċiniż Xi Jinping inawgura uffiċjalment l-itwal pont fid-dinja li qiegħed fuq il-baħar. Dan il-pont ħa disa’ snin biex jinbena u huwa twil 55 kilometru. Il-pont jgħaqqad lil Hong Kong…

Barranin

Ismaele La Vardera, ex ġurnalist ta’ 22 sena minn Palermo, kien issorprenda bosta meta ddeċieda joħroġ bħala kandidat għal sindku fl-aħħar elezzjoni tal-Italja, taħt il-kappa tal-partit tal-Lega. La Vardera, tul…

Kurżitajiet

Mużiċist Amerikan li kien qed jipprova jakkwista lift fi Brisbane spiċċa ħa ħafna iktar minn sempliċi vjaġġ b’xejn lejn id-destinazzjoni tiegħu. Scott Hildebrand kien għadu kemm wasal fl-Awstralja mill-Messiku, u…

Barranin

Abigail Rose kienet ferħana se ttir bit-twelid ta’ bintha Aliza Rose iżda wara ftit jiem inqelbet il-folja u l-omm spiċċat tidfen lil bintha. Minkejja t-tbatija u d-diqa kollha, l-omm Amerikana…

Aktar