Kronaka
Immigranti jaħarbu miċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-Marsa u Ħal Safi

TVM infurmat li lbieraħ filgħaxija seħħew żewġ ħarbiet miċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-immigranti.

Il-Pulizija kkonfermat li kellha rapport li ħarbu għadd ta’ persuni miżmuma fiċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-Marsa bejn is-7.30pm u t-8.00pm tal-bieraħ.

TVM infurmat ukoll li ftit wara seħħet ħarba oħra miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi. Il-Pulizija iżda ma setgħetx tikkonferma t-tieni ħarba.

Il-ħarbiet seħħew fl-isfond ta’ protesti li saru matul il-jum mill-immigranti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi, li bdew jitolbu l-libertà.

Ara wkoll:

L-immigranti mill-ġdid jipprotestaw miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi

Aħbarijiet Oħra
Politika

Intemmet wara l-10 p.m. mingħajr ebda kumment lill-media laqgħa minn grupp ta’ madwar 16-il membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Għall-aħħar nofs tal-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Ingħaqad ukoll tard…

Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Aktar