Qorti
Immultat €1,000 wara li nstab ħati li xejjer daqqa ta’ ponn lil uffiċjal ta’ TM

Michael Borg ta’ 44 sena nstab ħati li hedded u weġġa’ ħafif lil uffiċjal ta’ Transport Malta li kien qed jaqdi dmiru.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, semgħet kif il-każ seħħ f’Ottubru li għadda fil-Birgu, meta Borg ta daqqa ta’ ponn lill-uffiċjal ta’ TM, meta dan tal-aħħar tah ċitazzjoni għax kien ipparkjat ħażin. Xhieda tal-aggressjoni kien hemm ukoll il-kollega tal-vittma.

Borg instab ħati tal-akkużi kollha, għajr dik li huwa riċediv, u kien immultat €1,000 u ordnat iħallas l-ispejjeż tal-uffiċjal, fosthom in-nuċċali li kissrlu. Huwa ngħata l-libertà kundizzjonata għal sentejn.

Għall-akkużat deher l-Avukat Rene Darmanin, filwaqt li għall-parte civile dehru l-Avukati Ryan Ellul u Andy Ellul.

Ara wkoll:

Jaqla’ daqqa ta’ ponn talli tah ċitazzjoni

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar