Annimali
Immultat €20,000 talli ħaqar xi annimali biex iħaxxen il-bwiet min-negozju tiegħu

Sergio Borg sid ta’ razzett f’Ħaż-Żebbuġ ġie mmultat €20,000 wara li ammetta li ħaqar annimali fl-Imqabba u f’postijiet oħra, biex fil-kliem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ikompli jħaxxen il-bwiet tiegħu min-negozju li jgħammar kemm klieb kif ukoll fniek.

Il-Qorti sabet li l-annimali kienu jinżammu f’kundizzjonijiet nieqsa minn iġenje, fi spazju ristrett, mingħajr ventilazzjoni u nieqsa minn ikel u xorb.