Lokali
Imnedija fil-Jum Dinji tat-Teatru; TeleTeatru, Kwarta Kwarantina u Teatru Depożit

Il-kumpanija nazzjonali tat-teatru, Teatru Malta, iddeċidiet li tirrimedja -restrizzjonijiet imposti mis-sitwazzjoni tal-Covid19 f’Malta billi twassal il-produzzjonijiet tagħha lill-udjenzi permezz ta’ pjattaforma virtwali.

Fil-jum dinji ddedikat għat-teatru, il-kumpanija nazzjonali tat-teatru,Teatru Malta, se twassal lill-ammiraturi tat-teatru togħma tal-produzzjonijiet teatrali li kienu imħejjija għax-xhur li ġejjin.

Id-direttur artistiku tal-kumpanija, Sean Buhagiar, qal li l-arti u l-kultura kapaċi jissuperaw kwalunkwe ċirkostanza u għalhekk ser iwasslu l-produzzjonijiet kreattivi tagħhom permezz ta’ pjattaforma virtwali.

Qal li wara s-suċċess ta’ Kwarta Kwarantina li fih atturi Maltin kkomunikaw l-proġetti kreattivi tagħhom virtwalment, fil-jum dinji iddedikat għat-teatru tnieda l-proġett Teleteatru, li jdewwaq lill-udjenzi wħud mill-produzzjonijiet artistiċi li kienu skedati għall-ġimgħat li ġejjin.

Anki il-proġett Theatre Deposit li tnieda llum iħeġġeġ lill-ħaddiema fil-qasam artistiku biex jissottomettu l-idejat għall-proġetti kreattivi tagħhom. Qal li eventwalment, dawn jissawru fi produzzjonijiet teatrali.

Il-Ministru tal-Kultura, Jose Herrera qal li dawn il-proġetti jipprovdu pjattaforma lill-atturi u lil dawk li għandhom xi talent artistiku li jkomplu jimirhu fihom minkejja r-restrizzjonjiet li ġew imposti.

Il-proġetti Teleteatru u Theatre Deposit huma inizjattivi li qed isiru bi sħab mal-kunsill Malti għal-Arti.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom. Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay…

Temp

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana, li iktar tard idur lejn il-Majjistral, ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sas-siegħa ta’ għada…

Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

Solidarjetà

Żewġ żgħażagħ li għandhom passjoni għal sport differenti – wieħed għar-rugby u l-ieħor għall-għawm – se jippruvaw jaqdfu 100km bejniethom biex jiġbru fondi għall-fondazzjoni li toffri l-ikel lil dawk fil-bżonn….

Aktar