Edukazzjoni
Imnedija ħames skemi ta’ boroż ta’ studju b’valur ta’ €2.3 miljun

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni kompla jwessgħa l-għajnuna finanzjarja għal studenti li jridu jispeċjalizzaw f’diversi oqsma ta’ studju permezz ta’ ħames skemi ta’ boroż ta’ studju b’valur ta’ aktar minn żewġ miljuni ewro. Waqt li ħabbar dawn il-boroż ta’ studju, il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li bihom ser jiġu finanzjati korsijiet ta’ speċjalizzazjoni għal madwar 500 student.

Il-Minsteru tal-Edukazzjoni kompla jsaħħaħ ħames skemi b’waħda minnhom tnediet għall-ewwel darba dik tal-veterinarji immirati biex jgħinu finanzjarment studenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw fil-livell terzjarju fosthom għall-Masters u Dottorat. Fil-jiem li ġejjin ser jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-ħames skemi li għalihom hemm allokati €2.3 miljun.

“L-applikanti jistgħu japplikaw biex jiffolowjaw korsijiet kemm Malta u anke barra basta l-Università tkun rikonoxxuta, kif ukoll jistgħu jagħżlu courses part time jew full time, distance learning whatever. Neħħejna wkoll il-barrier għax qabel min kien jistudja full time ma setax jaħdem aktar minn 20 siegħa. Issa jistgħu jaħdmu kemm iridu l-importanti li jiksbu l-kwalifika tagħhom.”

L-istudenti jistgħu jagħżlu minn varjazzjoni kbira ta’ suġġetti fosthom fl-qosma tal-arti u l-isport. Għall-ewwel darba ser ikunu offruti boroż ta’ studju ġodda lil studenti li jridu isir veterinarji minħabba li dan il-kors ma jistax ikun segwiet f’Malta. “Boroż ta’ studju għal dawk li jridu jkomplu jistudjaw fuq korsijiet immirati għall-veterinarji biex fl-aħħar tal-istudju japplikaw għal-liċenzja tal-vets. Importanti li dawk li diġà bdew starting 2016 jistgħu japplikaw kif ukoll dawk li ser jibdew il-kors issa accademic year 20-21.”

Is-Segretarji Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u Clifton Grima ħadmu mal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex l-iskemi jissaħħu u jinġabru taħt qafas wieħed għall-benefiċċju tal-istudenti.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li erba’ skemi magħrufa bħala Tertiary Education Scholarship, Arts Scholarship, Malta Sports Scholarship u dik tal-vetenerarji huma ffinazjati minn fondi pubbliċi filwaqt li l-iskema Endeavour hija ffinanzjata minn fondi Ewropej.

Dr Bonnici qal li minn dawn l-iskemi mistennija jibbenefikaw 500 student u spjega li dan huwa eċercizzju ta’ ġustizzja soċjali għax dawk li qatt ma setgħu jkomplu jistudjaw issa qed jingħataw l-għajnuna biex jilħqu l-milja tal-karriera tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar