Lokali
Imnedija kampanja fost l-istudenti biex tqajjem kuxjenza dwar il-konsum tal-ikel

Tnediet kampanja fost l-istudenti biex isiru aktar konxji dwar il-konsum tal-ikel u l-benefiċċji li jistgħu jaffettwaw kemm lil saħħithom kif ukoll lill-ambjent.

Numru t’għalliema minn 14-il skola, li jiffurmaw parti min-network ta’ Eko-Skola, bħalissa qed jitħarrġu biex jgħallmu lit-tfal l-aħjar prattiċi dwar il-konsum tal-ikel.

Il-proġett ‘Nieklu b’Responsabbiltà’ huwa mmirat biex ibiddel il-mentalità tat-tfal li fis-sena skolastika li jmiss se jkunu qed jorganizzaw numru ta’ inizjattivi fl-iskejjel u fil-komunità biex iqanqlu aktar kuxjenza dwar il-konsum tal-ikel.

Għat-tnedija tal-proġett hawn Malta il-Kap tal-Programm tas-Sigrutà tal-Ikel u tal-Grupp Ewropew magħruf bħala Concord Aurele Destree.

Nieklu b’Responsabbiltà qed isir fl-isfond tat-temi marbuta mas-Sena Ewropea għall-Iżvilupp. Il-MEUSAC bħala kordinatur nazzjonali se jenfasizza fuq il-ħtieġa ta’ aktar għarfien dwar din it-tema.

Il-President ta’ Nature Trust Vince Attard tkellem dwar il-vantaġġi varji jekk l-bniedem jiekol bil-għaqal.

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal li l-obeżità hija l-ikbar sfida għas-saħħa pubblika. Sostna li jekk l-għalliema u l-ġenituri jinfluwenzaw lit-tfal fil-konsum ta’ ikel b’anqas zokkor u anqas melħ, fil-futur hemm ċans li jitrażżan ħafna mard li jista’ jiġi evitat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa, l-Uffiċċju Żwigijiet ser ikun miftuħ bejn it-3pm u s-6pm. Fi stqarrija, l-Kurja qalet li l-Uffiċċju Żwiġijiet jiftaħ…

Lokali

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret sensiela ta’ proġetti infrastrutturali ta’ aktar minn mitt miljun ewro li ser iżidu l-kwalità tal ilma, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-effiċjenza u jipproteġu l-ilma tal-pjan. Il-Kap Eżekuttiv…

Lokali

Christopher Bartolo li qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs waqt li qed jirċievi kura intensiva minħabba kundizzjoni fil-kliewi, se jkollu jibqa’ jistenna biex il-Qorti tiddeċiedi jekk għandux jitħalla joħroġ…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia ppreżenta kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Malta Industrial Parks u l-Vitals Global Healthcare biex il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH…

Aktar