Avjazzjoni
Imnedija l-Air Malta Holidays – Vjaġġar aktar faċli lejn pajjiżna

Il-linja nazzjonali tal-ajru għandha fergħa ġdida: l-Air Malta Holidays li toffri pakketti ta’ btala lejn Malta. B’sit ġdid fuq l-internet, il-kumpanija qed toffri servizz li jgħaqqad flimkien it-titjiriet b’ajruplani tal-Air Malta, akkomodazzjoni f’lukandi lokali u trasferimenti minn u lejn l-ajruport. It-tmexxija tal-kumpanija qalet li b’din l-inizjattiva tittama li tappella għal niċeċ ġodda ta’ turisti.

Wara bosta snin, l-AirMalta reġgħet daħlet fis-suq biex toffri pakketti ta’ btala permezz tal-portal tagħha li bih il-klijenti jistgħu jikkombinaw it-titjiriet, mal-lukandi u trasferimenti tal-ajruport.

Ic-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion, qal li l-pakketti huma mmirati li jilħqu firxa wisgħa ta’ passiġġieri.

“Dan se jgħin ħafna speċjalment fil-low u s-shoulder months fejn hemm spazju li nikbru iktar.”

Mistoqsi jekk dan il-prodott huwiex se joħloq kompetizzjoni għal aġenziji tal-ivvjaġġar, il-Kap Eżekuttiv tal-Airmalta, Clifford Chetcuti qal li kuntrarju għal dan, l-Air Malta Holidays tista’ tikkumplimenta u tiffaċilita x-xogħol tagħhom.

”Qed noffru dan is-servizz bħala whitelabelling anki għat-tour operators biex jagħmlu dan ix-xogħol huma stess, u se naħdmu magħhom billi is-servizz noffruh lilhom ukoll biex joffru s-servizz lill-klijenti tagħhom stess ukoll.”

Il-Kap Kummerċjali tal-Airmalta, Paul Sies, qal li l-pakketti tal-btala se jimlew il-vojt li l-linja tal-ajru kienet ilha ma toffri fis-swieq fejn topera. Qal li dan ser jagħmilha aktar faċli għal klijenti biex jibbukkjaw il-btala tagħhom.

”More and more people want to have the security of a one package.”

Hu qal li l-kumpanija se tniedi wkoll portals għall-organizzaturi ta’ avvenimenti u ta’ konferenzi f’Malta, permezz tal-AirMalta Events u l-Air Malta Conferences.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

In-nursery tal-futbol ta’ Birkirkara ħabbret il-mewt ta’ wieħed mit-tfal li kien jitħarreġ magħha għal numru ta’ snin u li matul l-aħħar xahar kien qed jiġġieled marda kiefra. Fuq il-paġna fuq…

COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija fi stqarrija dalgħodu qalet li d-direttivi li għaddejjin bħalissa se jiġu estiżi u se jibqgħu fis-seħħ sal-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu. F’laqgħa tal-Kunsill tal-MAM li saret ilbieraħ ġie…

Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Aktar