Lokali
Imnedija wirja informattiva dwar sejbiet arkeoloġiċi

Ftit mill-wirt arkeoloġiku tal-gżejjer Maltin li nstab matul is-snin f’diversi skavi ħareġ mill-imħażen tal-mużewijiet għal wirja li qed issir fid-daħla tal-Belt fl-okkażjoni tal-jiem li fihom l-Unjoni Ewropea qed tiċċelebra l-wirt arkeoloġiku tagħha.

Fl-okkażjoni tal-jiem Ewropej deddikati għall-arkeoloġija, is-sovritendenza tal-patrimonju kulturali Malti, organizzat wirja bil-fdalijiet arkeloġiċi li nstabu waqt skavar f’diversi partijiet ta’ Malta. Is-Supretendent għall-Wirt Kulturali, Joseph Magro Conti qal li din il-wirja qed issir biex il-pubbliku japprezza x-xogħol arkeoloġiku li jsir li jinkludi l-proċess ta’ tindif, id-dokumentazzjoni u l-konservazzjoni tagħhom u kif uħud minnhom jiġu esibiti fil-mużew nazzjonali tal-arkeoloġija. X’saffi ta’ storja f’Malta li tmur lura eluf ta’ snin, is-Sur Magro Conti qal li għad hemm iktar fdalijiet li għad iridu jiġu skoperti.

Joseph Magro Conti qal “sibna ħafna, qed insibu mhux ħażin, minn din il-wirja qed nuru fuħħar, għadam, metall, u affarijiet tal-ġebel li n-nies jistgħu jiġu jaraw”.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Kultura Owen Bonnici qal li l-wirja hija opportunità tajba biex jiġi sottolineat ix-xogħol arkeoloġiku lil hinn mill-mużewijiet u kif dawn jiġu ddokumentati u mħarsa mis-Sovrintendenza. Qal li l-wirja mifruxa fuq jum fid-daħla tal-Belt tifforma part mill-inizjattiva Jiem l-Arkeoloġija fl-Ewropa, li bdiet fi Franza fl-2010 biex tippromwovi aktar ix-xogħol li jsir minn entitajiet li jieħdu ħsieb l-arkeoloġija.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar