Trasport
AĠĠORNAT: Karozzi tal-linja tradizzjonali Maltin li jaħdmu bl-elettriku

Imniedi uffiċjalment il-kunċett tal-Malta Bus Reborn, karozza tal-linja li taħdem bl-elettriku, filwaqt li jinkorpora bosta karatteristiċi mill-karozzi tal-linja tradizzjonali Maltin. It-tnedija saret waqt attività fi Pjazza Tritoni.

Il-Perit Johnathan Mizzi, li żviluppa il-kunċett, qal li l-idea ħarġet seba’ snin ilu, ftit xhur wara li tneħħew mit-toroq il-karozzi tal-linja l-antiki. “7 years ago I was driving and I got stuck behind Boris Johnson’s blue bendy buses, but not in London, here in Malta, outside Pender Gardens, and that’s when the magnitute of what we lost, the beautiful Maltese buses, really hit me.”

Huwa qabbel it-tneħħija tal-karozzi tal-linja l-antiki mat-tneħħija ta’ wirt nazzjonali, bħad-dehriet ikoniċi tal-forti Sant Anġlu jew il-Katidral tal-Imdina.

Mistoqsi miċ-ċentru tal-aħbarijiet jekk din hix biss dehra sabiha li tpaxxi l-għajnejn, il-Perit Mizzi qal li dan ġie studjat minn disinjaturi ta’ vetturi. “This is a prototype production design. We have a lot of vehicle design experience. We’ve studied all of our diverse bus fleet, identified the key characteristics, transposed them on a modern day bus that is ready to assemble. We just need to make an assembly line and this bus could be up and running in three years.”

Il-Ministru Ian Borg ħares lura lejn il-karozza tal-linja tradizzjonali Maltija u qal li din tqanqal bosta memorji sbieħ ta’ nostalġija, anke jekk it-trasport pubbliku ma kellux il-kumditajiet li għandu llum.

Dr Borg qal li dan jimmarka il-kaxxi kollha fil-politika u l-istrateġija tal-Gvern, kemm mill-aspett tat-trasport pubbliku u anke minħabba li huma karozzi li ma jħammġux. “Il-pass li jmiss hu li naraw il-vijabbiltà tad-disinn innifsu, min jista’ jimmanifatturah, jistax jilħaq il-livell tad-disinn, u permez ta’ Transport Malta u Malta Public Transport, biex naraw iż-żidiet li għad irridu naraw mal-flotta eżistenti jibdew jieħdu din ix-xejra u dan id-disinn.”

Il-Ministru qal li l-Gvern qed iħares lejn soluzzjonijiet għal trasport alternattiv waqt li jaħdem favur il-kunċett tas-sostennibilità.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tat donazzjoni ta’ €13,000 lill-Ministeru għas-Saħħa għall-ħidma u dedikazzjoni kollha li saret biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minstru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se tibda tingħata b’xejn mediċina oħra lill-pazjenti bil-kanċer tas-sider. L-għoti b’xejn ta’ din il-mediċina msejħa Fulvestrant propju tħabbar fil-ġimgħa Ewropea kontra…

Qorti

Raġel ta’ 35 sena nstab ħati li kkaġuna ksur lil mara, li żammha kontra l-volontà tagħha u li heddidha. Destiny Ogbiede ġie kkundannat sena priġunerija effettiva, b’garanzija taħt l-artikolu 412C għall-perjodu…

Aktar