Lokali
Imniedi l-Premju għall-Anzjanità Attiva

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva fid-djar residenzjali, u Premju għall-aqwa nannu u nanna.

Is-Sur Parnis qal li fl-isfond tal-pandemija din is-sena dan il-premju jrid jiċċelebra lill-anzjani li minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija baqgħu attivi, kemm dawk li jgħixu fil-komunità u dawk li jgħixu fi djar residenzjali.

B’kollox din is-sena se jingħataw disa’ premji għall-anzjanità attiva, fosthom l-aqwa premju Anzjanità attiva, Premju koppja miżżewwġa u premju anzjanità akkademika.

Is-sur Parnis qal li minħabba l-pandemija s-serata tal-għoti tal-premijiet se ssir b’mod virtwali fit-tletin ta’ Ottubru li ġej.  Qal li n-nominazzjonijiet se jintlaqgħu sat-tletin ta’ Settembru, jew b’applikazzjonijiet li jinġabru mis-Segretarjat Parlamentari fil-Belt Valletta, jew permezz ta’ email, [email protected] , jew minn fuq is-sit www.activeageing.gov.mt jew inkella mill-uffiċini tal-kunsilli lokali.