Infrastruttura
Imniedi pjan li se jagħti nifs ġdid lill-Kottonera

Tnieda pjan strateġiku għall-Kottonera, wara konsultazzjoni pubblika li fiha saru ‘l fuq minn 200 sottomissjoni. Id-Deputat Parlamentari Glen Bedingfield, li jmexxi l-kumitat tar-riabilitazzjoni tal-Kottonera, qal li se titwaqqaf Fondazzjoni għall-Kottonera biex twettaq il-proposti tal-pjan strateġiku, fosthom b’restawr ta’ swar u fortifikazzjonijiet kif ukoll timplimenta pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika u soċjali.

Forti Rikażli, li qed jibki għar-restawr, ser ikun minn tal-ewwel li jiġi restawrat bħala parti mill-pjan strateġiku għar-riġenerazzjoni tal-Kottonera.

Id-Deputat Parlamentri Glen Bedingfield, li jmexxi l-Kumitat tar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, qal li l-pjan strateġiku ġie approvat mill-Kabinett. Żied jgħid li ftit ġimgħat oħra se titwaqqaf Fondazzjoni għall-Kottonera biex twettaq dal-pjan. Huwa qal li l-pjan jilħaq l-aspirazzjoni tan-nies għaliex huwa msejjes fuq mal-mitejn sottomissjoni u fuq dak li ntqal mill-għaqdiet varji fil-perjodu ta’ konsultazzjoni.

Qal li l-pjan se jara li jkun hemm iktar spazji miftuħa u aċċess bil-baħar mill-bliet kollha tal-Kottonera għall-Belt Valletta. Is-Sur Bedingfield qal li bi sħab mal-Knisja, se jsir ħidma biex jiġu mgħejjuna l-familji vulnerabbli.

“Diġà bdejna naħdmu mal-parroċċa ta’ Bormla u l-Isla fuq proġett soċjali li se jgħin familji vulnerabbli u proġetti mal-GHRC u anki ma’ Infrastracture Malta li bdew ix-xogħol.”

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Kultura, Owen Bonnici qal li dan il-pjan huwa msejjes fuq viżjoni li se jagħti direzzjoni ċara ta’ fejn se tmur il-Kottonera. Qal li l-istrateġija se twassal għal titjib fl-ambjent marittimu, u iktar koordinament mal-Kunsilli Lokali. Qal li l-pjan jaħseb ukoll biex jiżdiedu l-attivitajiet kulturali fil-Kottonera li jagħtu ħajja lit-tlett ibliet li għandhom valur storiku u kulturali.

Is-Sur Bedingfield qal li fil-Kottonera hemm 13,600 resident li minnhom 3% huma barranin u 60% għandhom ‘il fuq minn sittin sena.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-Palazz tal-President għaddej ix-xogħol fuq l-akbar proġett li qatt kellha Heritage Malta fl-istorja tagħha. Għadd kbir ta’ ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħliiet differenti minn bdil tas-soqfa sar-restawr tal-pitturi. Il-ħsieb huwa…

COVID-19

Grupp ta’ xufiera tal-karozzi tal-linja ilhom fuq xahrejn isuqu vetturi tal-gvern minflok xarabanks. Il-kumpanija Malta Public Transport qed tipprovdi dawn ix-xufiera li ta’ kuljum qed iwasslu għal swab test fiċ-ċentri…

Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

Inkjesta Maġisterjali li nvestigat denunzji li tressqu mill-għaqda Repubblika b’allegazzjonijiet dwar qtil ta’ immigranti, u attentat ta’ qtil ta’ oħrajn ix-xahar li għadda, sabet li dawn ma kinux imsejsa fuq…

Aktar