Xogħol
Imniedi programm ta’ taħriġ li jtejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema tal-NSO

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nieda programm ta’ taħriġ bil-għan li jtejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema. Dan se jsir b’investiment ta’ aktar minn €350,000, li ħafna minnhom huma mill-Fond Strutturali Ewropew.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Istatistika, il-Professur Albert Leone Ganado saħaq fuq il-ħtieġa għal titjib fil-ħiliet tal-ħaddiema skont il-bżonnijiet istituzzjonali u professjonali tal-organizzazzjoni.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nieda programm ta’ taħriġ għall-ħaddiema tiegħu. Il-programm mifrux fuq tliet snin qed isir b’investiment tal-fuq minn €350,000, li parti kbira minnhom huma ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

L-Aġent Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Etienne Caruana qal li t-taħriġ se jiffoka fuq diversi aspetti relatati mal-ġbir ta’ informazzjoni għal skop ta’ statistika mit-teknoloġika tal-informatika, għal accounts, ekonomija u komunikazzjoni.

Is-Sur Caruana qal “dan mhux eżerċizzju li qed isir Malta biss imma qed isir fl-Ewropa kollha. Ovvjament meta inti qed tagħmel ħafna tibdiliet fl-uffiċċju tiegħek inti jkollok bżonn li lin-nies tħarriġhom għax inkella jibda jkollok grupp ta’ nies li jibdew jaqgħu lura.”

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel bidliet kbar għall-aħjar fl-aħħar snin imma rrikonoxxa li fadal xi jsir. Il-Professur Scicluna appella għal aktar interazzjoni ma’ professjonisti f’istituzzjonijiet oħrajn bħall-Bank Ċentrali, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji u l-Università.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea Aaron Farrugia qal li l-fondi għal dan il-proġett jagħmlu parti minn erbatax-il miljun ewro fondi Ewropej li qed jiġu investiti fit-taħriġ f’diversi entitajiet pubbliċi.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar