Lokali
Tista’ tuża karozza elettrika għal xi ħin biex tagħmel xi qadi

Bdiet taħdem l-ewwel sistema li permezz tagħha għadd ta’ karozzi elettriċi jistgħu jintużaw minn persuni differenti matul l-istess ġurnata. Din se titħaddem mill-kumpanija CAR2GO Israel bħala parti minn ftehim ma’ Transport Malta. Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg irrikonoxxa l-kritika li din is-sistema qed tnaqqar iżjed l-ispazji ta’ parkeġġ izda qal li meta tqies kollox, is-sistema għandha il-vantaġġi tagħha.

Bis-sistema GO TO, 150 karozza elettrika se jintużaw minn persuni differenti fl-istess jum. Il-Kap Eżekuttiv tal-Car Sharing Services Malta, li hi kumpanija sussidjarja tal-CAR2GO Israel, Liran Golan, spjega li l-kumpanija investiet tmien miljun Ewro f’dan il-proġett. Il-vetturi elettriċi tagħha ser ikunu pparkjati f’żoni riservati għalihom fl-aktar postijiet frekwentati fejn jistgħu wkoll jiġu ċċarġjati. Il-klijenti jużawhom permezz ta’ app u l-ħlas isir skont il-ħin.

Liran Golan qal “since we won the bid we started the collaboration with the people of Transport Malta who basically together with us and together with the consultation of the local council, we understood where the locations of parking spots that we needed to establish in order to maximize the amount of usage of residents within each locality and in points of interest throughout the islands.”

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li din l-inizjattiva tifforma parti mill-viżjoni tal-gvern biex jiżdiedu għal 5,000 il-karozzi elettriċi fit-triq sal-2020 u fl-istess ħin biex jintroduċi kuncetti ġodda tat-trasport.

Dwar il-kritika li saret anke minn xi kunsilli li din is-sistema ser tkompli tnaqqas l-ispazji għal parkeġġ minħabba li dawn qed ikunu riservati 24 siegħa għal das-servizz anke jekk ma jintużawx, il-Ministru Borg qal li jifhem li kull bidla jġib magħha reżistenza.

Il-Ministru Borg qal “però aħna qegħdin hawnhekk biex niddeċiedu, u niddeċiedu meta nikkunsidraw kollox. Nemmnu li dan huwa proġett tajjeb. Qed naħdmu wkoll fuq aspetti oħra, pereżempju l-Gvern ħabbar fil-budget kif se naħdmu ħalli mal-privat noħolqu iktar parkeġġi fil-lokalitajiet rispettivi.”

Il-Kumpanija GO TO qalet li f’Malta diġà kien hawn 1,000 persuna li rreġistrat biex tibda tuża dan is-servizz. Sostniet li fl-għaxar snin li ilha titħaddem f’Iżrael, eluf ta’ sewwieqa ma baqgħux jużaw il-karozzi privati tagħhom u bdew jivvjaġġaw b’servizz bħal dan.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fir-residenza San Vincenz De Paule, beda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-kumpless Rużar Briffa li qed isir b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. F’din il-fażi se jiġu rinnovati tliet iswali u l-foyer…

Stejjer Umani

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul, Josianne Cutajar, qalet li wieħed minn kull għaxar anzjani fir-residenza ma jżurhom ħadd. Dr Cutajar qalet li s-soluzzjoni ma tinstabx fi żjara f’xi…

Festi

Dħalna sew issa fi żmien il-Milied. Fil-knejjes illum bdiet in-novena, il-postijiet tad-divertiment qed ikunu miżgħuda attivitajiet bejn il-ħbieb, u ċ-ċentri kummerċjali qed ikunu ppakkjati bin-nies jixtru ħwejjeġ għalihom u rigali….

Lokali

Tintemm uffiċjalment illejla s-sena li matulha l-belt kienet il-kapitali Ewropea tal-kultura bl-attività “L-Aħħar Festa” li tibqa’ sejra sa tard ħafna illejla. Valletta 2018 iżda se tibqa’ għaddejja permezz ta’ numru…

Aktar