Barranin
Imorru ġo dar abbandunata u jsibu tigra ma’ wiċċhom

Persuni li marru f’dar abbandunata biex ipejpu l-kannabis sabu tigra ma’ wiċċhom.

F’Texas, il-Pulizija qalet li rċeviet telefonata mingħand persuna biex tirrapporta x’rat ilbieraħ, madankollu huma ma ridux jemmnuha.

Meta marru fuq il-post huma wkoll sabu ma’ wiċċhom it-tigra ġo gaġġa, b’laħam viċin tagħha biex tkun tista’ tiekol.

Minkejja dan ma kien hemm ebda sinjal li f’din id-dar joqgħod xi ħadd.

Min-naħa tagħha, il-Pulizija qalet li qed tinvestiga dan il-każ biex tistabilixxi min poġġa din it-tigra hemm.

Minkejja li t-tigra kienet kalma, it-tigra ngħatat injezzjoni sabiex tinħareġ minn dik id-dar u tittieħed f’santwarju tal-annimali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…

Barranin

Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…

Barranin

Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…

Barranin

L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…

Aktar