Lokali
Imperium Europa jgħid li għandu jkun il-poplu li jiddeċiedi dwar l-abort

Imperium Europa qal li hemm bżonn diskussjoni pubblika mmexxija b’mod għaqli u onest fejn il-poplu jiddeċiedi l-liġijiet tiegħu u mhux il-politika Ewropea.

Qal li jekk il-poplu jiddeċiedi kontra, Malta għandha kull dritt ssegwi l-prinċipji kostituzzjonali tagħha mingħajr indħil.

Madankollu, Imperium Europa qal li dd-ritt għall-abort għandu jingħata fi tliet ċirkustanzi: meta l-omm tkun f’periklu, f’każ ta’ stupru jew meta xjentifikament tinstab deformazzjoni maħġġura jew duiżabilità severa