Qorti
‘Impjegat’ ta’ Jordan Azzopardi jinżamm arrestat

Żagħżugħ li kien arrestat waqt rejd kontra d-droga qabel ma sar l-arrest ta’ Jordan Azzopardi nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi b’rabta ma’ droga.

Ramirez Vella ta’ 20 sena minn Ħal Tarxien tressaq il-Qorti akkużat b’pussess ta’ droga kokaina u erojina u li nqabad bihom ftit ‘il bogħod minn skola.

Vella kien wieħed minn dawk li ġew arrestati nhar is-7 ta’ Marzu f’rejd li sar f’dar fi Blata l-Bajda. Matul ir-rejd instabet droga kif ukoll flus kontanti.

Fil-Qorti l-akkużat wieġeb mhux ħati u għażel li ma jweġibx meta l-Qorti staqsietu x’jaħdem.

Id-Difiża mmexxija mill-avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela ma talbitx għall-ħelsien milll-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Tifel Għawdxi ta’ tmien snin dalgħodu sfida l-baħar qawwi meta għamel għawma minn Kemmuna għal Għawdex f’inqas minn siegħa. Liam Daly għamel din l-għawma biex iqanqal iktar għarfien dwar il-ħsara…

Riċerka u Innovazzjoni

Il-Malta Enterprise u ċ-Ċentru dwar ir-Riċerka tal-Kannabis tal-Università McGill iffirmaw ftehim għall-kollaborazzjoni fil-qasam tal-kannabis mediċinali. Il-Malta Enterprise u l-Università McGill tal-Kanada ffirmaw memorandum of understanding għall-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka dwar il-mediċina…

Qorti

Ċittadin Amerikan li joqgħod tas-Sliema ġie ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta l-akkużi li għamel b’kemm jiswew €72,000 fi ħsara f’żewġ lukandi f’San Ġiljan u fir-residenza…

Qorti

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima ma laqgħetx l-appell tal-Avukat Jean Philippe Chetcuti li kien qed jikkontesta d-deċiżjoni tal-Maġistrat Caroline Farrugia Sacco biex tinfetah inkjesta maġisterjali wara li ftaħar bil-konnessjonijiet…

Aktar