Politika
‘Importanti li kull professjonist u ħaddiem jingħata rispett’ – Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li għall-Partit Nazzjonalista hu importanti li kull professjonist u ħaddiem, kull min jaħdem u jagħti kontribut lejn l-ekonomija u s-soċjetà, jingħata rispett u għarfien ta’ xogħlu.

F’laqgħa mal-FORUM Unions Maltin, Dr Grech irrefera b’mod partikulari għall-għalliema li qal qed jaraw li xogħolhom mhux ikun rikonoxxut biżżejjed. Żied jgħid li effett ta’ hekk, anqas żgħażagħ qed jagħżlu din il-professjoni u diversi għalliema qed iħallu l-professjoni għax ma jħossuhomx stmati jew jispiċċaw ibatu.

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkwotat lill-President tal-FORUM, Marco Bonnici, jgħid li din il-konfederazzjoni tiġbor 14-il trade union li jirrappreżentaw aktar minn 15,000 ħaddiem.