COVID-19
AĠĠORNAT: Imposti lockdowns f’reġjuni differenti fi Spanja wara żieda fil-każijiet ġodda

Ir-reġjun Spanjol ta’ Galicia ordna lockdown ta’ madwar 70,000 ruħ riżultat tal-biża minn imxija oħra tal-coronavirus.

Ir-residenti kollha ta’ La Marina li tinsab mal-140 kilometru fil-Lvant ta’ La Coruña, ma jistgħux jitilqu miż-żona u gruppi ta’ aktar minn 10 min-nies huma projbiti.

Bħala prekawzjoni, iż-żona se tkun maqtugħa għal minn tal-anqas ħames ijiem sakemm l-awtoritajiet jagħmlu monitoraġġ tas-sitwazzjoni.

Huwa maħsub li l-aħħar każijiet huma marbuta ma’ diversi ħwienet tax-xorb fiż-żona.

Dan l-iżvilupp qed iseħħ l-għada li l-awtoritajiet poġġew 210,000 ruħ f’lockdown f’Katalunja, reġjun ieħor ta’ Spanja minħabba żieda fil-każijiet il-ġodda.

Aktar kmieni:

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus.

Ħadd mhu se jitħalla jidħol jew joħroġ minn Segrià li tinsab fil-Punent ta’ Barcelona u li tinkludi l-belt ta’ Lleida. Il-lockdown beda s-Sibt wara nofsinhar u saru proviżjoni biex min mhux resident fiż-żona jitħalla jitlaq.

Katalunja huwa wieħed mir-reġjuni fi Spanja li l-aktar li ntlaqtu ħażin mill-Covid-19. Sa nhar il-Ġimgħa li għadda, ir-reġjun li fih jgħixu aktar minn 7 miljun ruħ, irreġista total ta’ 72,860 każ ta’ coronavirus li minnhom mietu 12,586.

Fil-pajjiż kollu kienu rreġistrati aktar minn kwart ta’ miljun każ ta’ Covid-19 u minn tal-anqas 28,385 mewt. Spanja bdiet tiftaħ il-fruntieri tagħha għal stati oħra membri tal-Unjoni  Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 14-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,438 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 199. Il-Ministeru tas-Saħħa spjega…

COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Aktar