Ambjent
Imposti regolamenti ġodda għal impjanti li jaħarqu l-fjuwil

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qalet li qed timplimenta miżuri li jikkontrollaw emissjonijiet fl-arja li li ġejjin minn impjanti partikolari.

Fi stqarrija l-ERA qalet li l-impjanti msejħa Medium Combustion Plants, li jaħdmu billi jaħarqu l-fjuwil biex jiġġeneraw l-enerġija, irid ikollhom permess biex joperaw.

Il-permess jinkiseb jekk ikunu konformi mal-emmissjonijiet bħad-dijossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOX) u trab fl-arja, skont ir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni sussidjarja 549.122.

L-ERA qalet li kkollaborat ma’ dawk kollha ikkonċernati, u li r-riżultat se jissarraf fi tnaqqis ta’ emmissjonijiet fl-arja u tnaqqis fir-riskju għas-saħħa u l-ambjent.

Bir-regolamenti l-ġodda, operaturi ta’ dawn l-impjanti jridu jiksbu permess mill-ERA, kemm għall-impjanti l-ġodda kif ukoll għal dawk eżistenti.

Il-permess jistabbilixxi limiti fuq ammonti ta’ emissjonijiet ta’ NOX, SO2 u trab li jridu jiġu sorveljati mill-operatur. Il-limiti jvarjaw skont bosta fatturi, fosthom jekk l-impjant huwiex ikklassifikat bħala wieħed eżistenti jew ġdid, it-thermal input tal-impjant u t-tip ta’ fjuwil użat.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Edukazzjoni

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat…

Aktar