COVID-19
Imsarinhom f’saqajhom li l-kont ħa jibqa’ tiela’ – weħlu qamar il-għasel il-Maldivi minħabba l-Covid-19

Kull deni ħudu b’ġid, speċjalment jekk tkun qamar il-għasel sieq fuq sieq u moħħ ta’ xejn, u frott ċirkostanzi li ħadd ma għandu kontroll fuqhom jgħidulek biex ma tiċċaqlaqx minn hemm. Aktarx li dak li jkun ftit li xejn jagħmel f’qalbu. Madanakollu, żgur li titlef it-tbissima fuq fommok jekk jgħidulek li se jkollok tibqa’ tħallas għall-ispejjeż tal-lukanda.

Dak hu li ġralhom Olivia u Raul De Freitas, koppja mill-Afrika t’Isfel, li fl-aħħar jiem ta’ Marzu żżewġu u baqgħu sejrin il-Maldivi biex iqattgħu sitt ijiem fi ħdan din il-ġenna tal-art. Ġara, però, li f’nofs btala, f’temp ta’ ftit sigħat, l-Afrika t’Isfel kif ukoll il-Maldivi ddikjaraw lockdown.

F’dan l-isfond, il-koppja stqarret li l-istaff tal-lukanda mistagħġbin x’iżiegħel bihom, għalkemm il-koppja ser ikollha tibqa’ tħallas tal-lukanda, hekk kif il-kumpanija kulma tathom skont minimu. U, aktar ma jmur, aktar il-kont qed jiżdidilhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Studenta ta’ 22 sena, Rebecca Caruana kitbet ktejjeb elettroniku dwar il-pandemija tal-Covid 19 li se jiġi ppubblikat ftit tal-jiem oħra fi New York bi sħab mal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa u ċ-Ċentri…

COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bidlet il-pariri tagħha dwar il-maskri u issa qed tgħid li dawn għandhom jintlibsu dejjem fil-pubbliku biex jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-coronavirus. Il-WHO sostniet li informazzjoni ġdida turi li…

COVID-19

Komplew jonqsu l-każijiet attivi tal-COVID-19 f’Malta. Fl-aħħar aġġornament dwar l-imxija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa fiqu 13-il persuna u ħarġu żewġ każijiet ġodda. Dan ifisser li b’hekk f’Malta…

Aktar