Ambjent
Imsejħa laqgħa mal-operaturi tal-umbrelel fl-Għadira

L-awtoritajiet illum qegħdin isejħu laqgħa mal-operaturi tal-umbrelel u s-sunbeds fil-bajja tal-Għadira.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Turiżmu, li kien qal li talab lill-Awtorità għat-Turiżmu biex issejjaħ din il-laqgħa għal-lum.

Fl-aħħar jiem l-umbrelel u s-sunbeds fil-bajja tal-Għadira kienu sors ta’ kontroversja, b’botta u risposta bejn il-Ministru responsabbli, Konrad Mizzi, u l-eks Ministru Jason Azzopardi.

Il-Ministru Mizzi qal li eżatt qabel l-elezzjoni tal-2013 id-Direttorat tal-Artijiet, taħt Jason Azzopardi, ta konċessjoni ta’ 15-il sena, u wara bid-dritt tal-ewwel rifjut, lill-operaturi tad-deckchairs u l-umbrelel fl-Għadira. Żied jgħid li l-Gvern se jieħu passi biex isewwi din l-inġustizzja.

Sadanittant, id-Deputat Jason Azzopardi wieġeb li fl-2012 kien ħadem mal-Ministeri l-oħra biex ġab l-ordni u d-dixxiplina, fejn ġew imposti ċertu regolamenti li minħabba fihom l-operaturi kienu qed jipprotestaw.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar