Kronaka
Imut Alfred Aquilina, l-anzjan li ttajjar f’Bormla x-xahar li għadda

Għada se tingħata l-aħħar tislima lil Alfred Aquilina, li miet wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Bormla.

Aquilina, li kellu 79 sena, ittajjar waqt li kien qed jaqsam minn Triq Santa Tereża nhar l-24 ta’ Settemrbu li għadda.

TVM huwa infurmat li Aquilina miet ftit iktar minn ġimgħa wara li ttajjar.

Il-funeral ta’ Alfred Aquilina se jsir għada waranofsinhar fil-knisja parrokkjali tal-Birgu.

Fis-santa li tħejjiet għall-funeral, Aquilina jidher liebes l-istess beritta li kellu dakinhar tal-inċident traġiku.


Ara wkoll:

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Bormla

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Il-Bank HSBC ħabbar li se jnaqqas 35,000 impjieg fit-tliet snin li ġejjin. Il-bank qal li qed jimmira li globalment inaqqas l-ispejjeż b’aktar minn erba’ biljun ewro sal-2022 filwaqt li jnaqqas…

Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Aktar