Lokali
Imut Anthony J. Tabone – eks Chairman tal-Awtorità tax-Xandir u tal-PBS

Tħabbret il-mewt tas-Sur Anthony J. Tabone , eks Chairman tal-Awtorità tax-Xandir u eks Chairman tal-bord tal-Public Broadcasting Services Ltd.

Hu kien ukoll uffiċċjal għoli fit-tmexxija tal-kumpanija Simonds Farsons Cisk.  Is-Sur Tabone miet il-Ħadd wara nofsinhar. Hu kien se jagħlaq 76 sena x-xahar id-dieħel.

Tul is-snin kien attiv ħafna fil-parroċċa Kristu Re’ ta’ Raħal Ġdid, speċjalment fl-organizazzjoni ta’ ċelebrazzjonijiet li fakkru anniversarji importanti tal-parroċċa.

Bħalissa hu kien chairman tal-grupp organizzativ taċ-ċelebrazzjonijiet li kellhom ifakkru t-twaqqif tal-bażilika.

Kien ukoll President Onorarju tas-Soċjeta’ Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re.

Is-Sur Anthony J. Tabone kien ukoll President Onorarju tas-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina ta’ Ħ’Attard.