Lokali
Imut anzjan waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Anzjan ta’ 77 sena miet waqt li kienu pożittiv għall-Covid-19. Dan ifisser li l-persuni li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19 mindu faqqgħet il-pandemija f’Malta telgħu għal 446.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 53 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 31 persuna oħra. B’hekk, in-numru ta’ każijiet attivi bħalissa fi gżiritna huwa ta’ 743.