Barranin
Imut attur mis-sensiela magħrufa Friends

Tħabbret il-mewt ta’ James Michael Tyler, wieħed mill-atturi tas-sensiela magħrufa Friends. Huwa kien jinterpreta l-karattru ta’ Gunther.

Tyler, li kellu 59 sena, miet f’daru f’Los Angeles wara li tilef il-battalja mal-kanċer.

Huwa kien meqjus bħala The Seventh Friend jiġifieri l-karattru l-iktar importanti wara s-sitt ħbieb li madwarhom kienet mibnija s-sensiela.

Tyler instab li kellu kanċer fil-prostata fl-2018 li nfirixlu fl-għadam. Huwa kien ħeġġeġ lill-irġiel biex jagħmlu testijiet tad-demm meta jagħlqu l-40 sena.

Fost dawk li kienu minn tal-ewwel li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm Jennifer Aniston u Courteney Cox li kienu tnejn mill-atturi ewlenin tas-serje.