Barranin
Imut Cameron Boyce li kiseb fama fuq Disney Channel

Miet l-attur Cameron Boyce fl-età bikrija ta’ 20 sena. Boyce kiseb fama sa minn ċkunitu permezz ta’ serje televiżivi fuq Disney Channel, b’mod partikolari ‘Jessie’ u ‘Descendants’.

Kien irrappurtat li Boyce miet b’kawża naturali, fejn tagħtu puplesija waqt li kien qed jieħu trattament għal kundizzjoni medika li kellu.

Huwa beda l-karriera tiegħu bħala attur meta kellu 9 snin, bil-feature film ‘Mirrors’, u ħa sehem ukoll fi blockbuster films bħal ‘Grown Ups’, ma’ Adam Sandler.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar