Lokali
Imut Charles Thake

Tħabbret il-mewt tal-attur Charles Thake.  Huwa miet fl-età ta’ 90 sena.

Charles jibqa’ mfakkar l-iktar għall-partijiet komiċi li kien jinterpreta f’rappreżentazzjonijiet teatrali, kif ukoll televiżivi u radjufoniċi.  Kien ukoll ta kontribut fl-istazzjonijiet tal-Public Broadcasting Services għal xi żmien.

Beda l-karriera meta kellu 15-il sena.  Fost l-iktar partijiet sinonimi miegħu insibu F’Baħar Wieħed, Nhar it-Tieġ, u Inkwiet.  Ħa sehem bħala attur f’diversi films barranin bħal Agora, Black Eagle u Treasure in Malta.

Kien popolari wkoll mal-komunità Maltija fl-Awstralja, filwaqt li kien iwettaq xogħol ta’ missjoni fil-Guatemala.

Kien miżżewweġ lil Lina, missier ta’ 6 itfal u nannu ta’ bosta neputijiet.