Lokali
Imut Croce Bonaci – wieħed mill-aqwa dulċiera f’Malta

Tħabbret il-mewt ta’ Croce Bonaci, wieħed mill-aqwa dulċiera f’pajjiżna fl-għomor ta’ 61 sena. Kienet il-familja tas-Sur Bonaci li f’post fuq Facebook ħabbret il-mewt tal-fundatur tal-kumpanija Bonaci Caterers li kien ilu jaħdem fiha għal dawn l-aħħar 45 sena.

F’intervista lil tat martu Connie fl-aħħar ġimgħat b’rabta mal-maratona li ttellgħet għat-tieni Dar Bjorn, martu ddeskrievtu bħala bniedem ħabbrieki u ġeneruż. Hija qalet li kollox beda fl-aħħar ta’ Settembru li għadda wara ġurnata xogħol. Qalet li aktar tard qalulhom li kellhom tumur f’rasu.

Ħutu l-attur Herman Bonaci qal u Karl Borg Bonaci qalu li t-tumur kien fi stadju avvanzat ħafna li ħallih ipparalizzat għalkollox u għalhekk kellu bżonn l-għajnuna 24 siegħa kuljum.

Il-mewt tas-Sur Bonaci ġabet reazzjoni minn bosta, b’mod partikolari minn bosta fis-settur u anke partitarji tat-tim tal-futbol tal-Belt li kien ħafna għal qalbu.