Lokali
Imut Darren Douglas wara 31 sena pparalizzat

Dal-lejl miet Darren Douglas, li x-xahar id-dieħel kien se jagħlaq 50 sena. Darren kien ilu fis-sodda 31 sena wara li kien ġarrab incident sfortunat meta qabeż ġo pixxina u kiser ir-rukkelli t’għonqu.

Darren kien magħruf, u anki ġie intervistat għal diversi drabi mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM, għax kien bniedem ta’ ispirazzjoni kbira għal kull min kien jafu.

Minkejja li kien fis-sodda dejjem wiċċu ‘l fuq ma jiċċaqlaqx Darren kien pożittiv u ċajtier.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar