Lokali
Imut id-direttur u attur Benny Casha

Tħabbret il-mewt tad-direttur tal-kumpanija Bronk Benny Casha fl-għomor ta’ 48 sena.

Casha instab mejjet fil-Kalkara fejn kollox qed jindika li kienet mewta naturali.

Hu kien magħruf bħala ‘Benny tal-Bronk’ hekk kif għal snin twal ħadem fil-qasam tad-drama kif ukoll fil-produzzjonijiet tat-televiżjoni.

Għal xi żmien kien jikkompeti wkoll bil-kumpanija Bronk fil-Karnival ta’ Malta.

Casha li hu mill-Isla kien involut ukoll ħafna fl-isport. Hu lagħab għal diversi snin mat-team tal-kbar tal-football ta’ Senglea Athletic fit-Tieni u anke fl-Ewwel Diviżjoni.

Meta missieru Joe ex Sindku tal-Isla kien waqaf jagħti servizz lilL-klabb tal-futbol ta’ Senglea Athletic bħala President tal-Club kien l-istess Benny li ħa l-kariga ta’ President għal snin twal fi snin diffiċli ħafna għas-Sengleani. Fl-aħħar staġuni kien qed jokkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-Club.

Fil-passat hu kien ukoll il-President tal-klabb tar-Regatta tal-Isla u għal xi żmien anke tal-klabb tal-boċċi.

Casha kien ukoll membru fil-Kunsill tal-Malta Football Association u kien supporter ferventi tat-team Ingliż ta’ Arsenal.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh jistgħu japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Dan japplika wkoll…

Qorti

Alessio Minelli, Taljan ta’ 27 sena, instab ħati li agredixxa u weġġa’ gravi lil Ryan Sacco, pulizija li dak il-ħin kien ‘off-duty’. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Lulju 2017…

Kurżitajiet

Fl-istadium ta’ Ramón Sánchez Pizjuán f’Sevilla, tfaċċat il-bandiera Maltija fost il-partitarji li marru jsegwu logħba football tas-Sevilla kontra r-Rayo Vallecano. Jidher li fost il-partitjari, kien hemm Malti kburi b’pajjiżu u…

Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Aktar