Lokali
Imut id-direttur u attur Benny Casha

Tħabbret il-mewt tad-direttur tal-kumpanija Bronk Benny Casha fl-għomor ta’ 48 sena.

Casha instab mejjet fil-Kalkara fejn kollox qed jindika li kienet mewta naturali.

Hu kien magħruf bħala ‘Benny tal-Bronk’ hekk kif għal snin twal ħadem fil-qasam tad-drama kif ukoll fil-produzzjonijiet tat-televiżjoni.

Għal xi żmien kien jikkompeti wkoll bil-kumpanija Bronk fil-Karnival ta’ Malta.

Casha li hu mill-Isla kien involut ukoll ħafna fl-isport. Hu lagħab għal diversi snin mat-team tal-kbar tal-football ta’ Senglea Athletic fit-Tieni u anke fl-Ewwel Diviżjoni.

Meta missieru Joe ex Sindku tal-Isla kien waqaf jagħti servizz lilL-klabb tal-futbol ta’ Senglea Athletic bħala President tal-Club kien l-istess Benny li ħa l-kariga ta’ President għal snin twal fi snin diffiċli ħafna għas-Sengleani. Fl-aħħar staġuni kien qed jokkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-Club.

Fil-passat hu kien ukoll il-President tal-klabb tar-Regatta tal-Isla u għal xi żmien anke tal-klabb tal-boċċi.

Casha kien ukoll membru fil-Kunsill tal-Malta Football Association u kien supporter ferventi tat-team Ingliż ta’ Arsenal.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Yorgen Fenech li nżamm mill-Pulizija għall-investigazzjonijiet relatati mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija ingħata l-police bail wara madwar 39 siegħa arrestat. Television Malta huwa infurmat li Yorgen…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, illum laqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-PN b’urġenza biex jiddiskuti l-iżviluppi dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-arrest ta’ Yorgen Fenech. Fi stqarrija l-Partit…

Qorti

Tliet irġiel ta’ bejn id-19 u t-42 sena ġew akkużati li serqu kaxxi mimlija prodotti tal-ġobon minn kontejner. Fil-Qorti l-imputati ammettew il-ħtija, bil-Maġistrat Monica Vella tikkundanna lil Daren Charles Aquilina…

Qorti

Tliet żgħażagħ, tnejn minnhom minuri ta’ 15 u 16-il sena, u ieħor ta’ 19-il sena, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara kważi tmien xhur taħt arrest. Dawn jinsabu akkużati b’attività terroristika wara li…

Aktar