Barranin
Imut il-baruni tad-droga li dwaru nħadem il-film American Gangster

Miet Frank Lucas, wieħed mill-baruni l-kbar tad-droga fl-Istati Uniti tul is-snin sittin u sebgħin. Huwa miet b’kawża naturali fl-età ta’ 88 sena.

Lucas kien jimporta l-eroina fl-Istati Uniti mix-Xlokk tal-Asja u sar miljunarju, magħruf għall-ħajja lussuża li kien jgħix.

Meta kien arrestat fl-1975, il-Pulizija kkonfiskaw il-proprjetajiet tiegħu, fejn f’waħda minnhom sabu ‘l fuq minn $580,000 f’kontanti.

Huwa kien issentenzjat għomru l-ħabs, iżda nħeles wara ħames snin meta kkopera mal-Pulizija u għaddielhom informazzjoni utli.

Huwa reġa’ weħel il-ħabs fis-snin tmenin fuq reati oħra, iżda qatta’ l-aħħar 30 sena barra. L-aħħar tixlifa mal-liġi għal Lucas kienet seba’ snin ilu, meta tpoġġa taħt probation għax gideb fuq il-benefiċċji tad-diżabbiltà.

L-istorja ta’ Lucas ispirat il-film American Gangster, li ħareġ fl-2007, bl-attur Denzel Washington jaħdem il-parti ta’ Lucas.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma. L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin…

Aktar