Mużika
Imut il-kantant Jon Lukas

Tħabbret il-mewt tal-kantant Jon Lukas magħruf ukoll bħala Woodeman.

Lukas, li l-isem proprja tiegħu kien Frank Agius, miet wara marda twila fl-età ta’ 72 sena.

Huwa jibqa’ magħruf l-aktar għall-kanzunetta “Can’t Afford to Lose” li nħarġet fl-1970 u għamlitu l-ewwel kantant lokali li daħal fit-Top 40 tar-Renju Unit.